MERĦBA  FIS-SIT

TAL-PARROĊĊA  TA'  FLEUR-de-LYS

KAPPILLAN ĠDID GĦALL-PARROĊĊA TA’ FLEUR-DE-LYS
Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali tal-Parrocca ta’ Fleur-de-Lys flimkien mall-parruċċani kollha jixtieq jifraħ lill-Patri Ivan Scicluna O.Carm għall-ħatra l-ġdida tiegħu bħala l-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa Fleur-de-Lys. Il-Kunsill huwa fiduċjuz li t-tibdiliet għall-aħjar li wettaq Fr. Joe Saliba jitkomplew taħt it-tmexxija ta’ Fr. Ivan.
   

GRAZZI ĦAFNA U MILL-QALB, FR. JOE
Fl-istess waqt il-Kunsill Pastorali Parrokkjali tal-Parrocca ta’ Fleur-de-Lys flimkien mall-parruċċani kollha jixtieq jirringrazzja ħafna lill-Patri Joe Saliba O.Carm għax-xoghol kollu li wettaq fil-parroċċa tagħna. Taħt it-tmexxija għaqlija u ħabbrieka ta’ Fr. Joe, fil-Parroċċa ta’ Fleur-de-Lys saru avvanzi kbar sew fis-sbuħija tal-knisja nnifisha kif ukoll fix-xoghol pastorali tal-parroċċa. Ta’ dan kollu, l-parroċċa kollha hija grata ħafna lejn Fr. Joe. Grazzi ħafna Fr. Joe u awguri fil-ħatra l-ġdida tiegħek bħala l-Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Venera.

 

 

 ĦINIJIET TAL-ADORAZZJONI:
QUDDIEM ĠESU’ EWKARISTIJA MATUL IL-ĠIMGĦA
 
Knisja Parrokkjali
Il-Hamis (Adorazzjoni organizzata)  mis-7.00 pm sas-7.30 pm
(Adorazzjoni libera) Kuljum mill-5.30 pm sas-6.00 pm
 
Sorijiet tal-Qalb ta’ Ġesu’
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-10.30 am sa 11.30 am
L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar mid-9.00 am sa 11.45 am u
Mill-4.00 pm sas-6.00 pm
 
Sorijiet Agostinjani Skola Sta. Monica
It-Tnejn, il-Ħamis u l-Ġimgħa mis-6.00 pm sas-7.30 pm

It-Tlieta mill-4.00 pm sas-7.30 pm

 

 
IL-FEHMIET TAL-PAPA u tal-ISQFIJIET TAGĦNA għal MEJJU 2012 
 

Biex f’kull pajjiż jittieħdu inizjattivi li jiddefendu u jsaħħu l-familja.
 
Biex Marija Santissima takkumpanja lill-missjunarji kollha meta jħabbru lil binha Ġesu’.
 
Biex il-komunita’ ċivili tfittex li tgħin il-familja u sseddaq il-kontribut ewlieni tagħha fis-soċjeta’.

   
 

   STORJA    IL-ĦSIEB TAX-XAHAR    L-AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

 

 

Ara l-istorja ta' dan ir-raħal u ta' din il-parroċċa u x'ġara biex Fleur-de-Lys sar dak li hu illum.

IKKLIKKLJA
FUQ L-ISTAMPA
Smajthom l-Avviżi tal-Parroċċa għal din il-ġimgħa? 
Jekk LE, kklikkja fuq l-istampa
   
NOTICE BOARD

 


   Il-Festa din is-sena ser tkun iċċelebrata
l-Ħadd 1 ta’ Lulju, 2012 

    
 Ħareġ it-Tielet volum tas-serje, IL-VERITA TEĦLISKOM,
ta’ P. Damian Cachia, Karmelitan.
 Dan il-ktieb jiġbor fih spjegazzjoni ta’ fatti storiċi jew parabboli mit-Testment il-Qadim u riflessjonijiet fuq il-parabboli mit-Testment il-Ġdid.
 Min jixtieq kopja jista’ jistaqsi fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali. Prezz 5
 .Għal aktar informazzjoni tista’ tibgħat email fuq damiancachia@onvol.net
jew ċempel 21441769 

   Il-Parroċċa għandha bżonn ta’ ORGANISTA. Jekk inti stess taf iddoqq l-orgni jew taf lil xi ħadd li huwa mħajjar, jekk jogħġbok ikkunttatja lill-Kappillan.  

 

Kont taf li ........Kull nhar ta' Erbgħa fiċ-Ċentru wara l- quddiesa ta' filgħaxija, jkun hemm it-tħejjija tal-Vanġelu tal-Ħadd li ġej? Qatt tħajjart tattendi?

  
Ma tafx fejn poġġejt ir-rivista "Flimkien"?
TINKWETAX!! Għaliex fil-website tal-Parroċċa tista' ssib l-informazzjoni kollha li għandek bżonn
bħal " IL-KELMA TAL-KAPPILLAN" , "ID-DJARJU TAL-PARROĊĊA", "MILL-ĦAJJA TAL-PARROĊĊA"
u issa żdiedu dawn il-paġni ġodda: 
 Grupp 12 +
Grupp 14 + 
 Kull nhar ta’ Ġimgħa tista’ tibda tiġi magħna fil-Grupp 12+ .
Aħna niltaqgħu kull nhar ta’ Tnejn fis-6.45pm
Fiċ-Centru Familja Karmelitana (wara l-knisja ta’ Fleur-de-Lys)
Ejjew u agħmlu ħbieb ġodda!!
  Kull nhar ta’ Ġimgħa tista’ tibda tiġi magħna fil-Grupp 14+ .
Aħna niltaqgħu kull nhar ta’ Ġimgħa fis-7.15pm
Fiċ-Centru Familja Karmelitana (wara l-knisja ta’ Fleur-de-Lys) 
Ejjew u agħmlu ħbieb ġodda!!  

   

Ikklikkja fuq l-istampa biex tara r-ritratti ta' l-attivitajiet
li saru fiċ-Ċentru Familja Karmelitana   

 

        
Copyright 2007 fleurdelysparish.org