Komunita ta' Fleur-de-Lys

 

Il-Komunita ta’ Patrijiet ġewwa Fleur-de-Lys hija magħmula minn 5 patrijiet immexxija minn Pirjol li hu anke l-Kappillan tal-Parroċċa. Minn Ġunju 2006 Patri Joe Saliba OCarm ha f’idejh it-tmexxija tal-Parroċċa u tal-Komunita ta’ Fleur-de-Lys. Miegħu wasal ukoll Patri Damian Cachia O. Carm.  Fil-Kapitlu Provincjali ta' din is-sena 2009, żdied ukoll, P. Joseph Vella O. Carm..  Fra Vincent Rotin O. Carm. u P. Daniel Galea O. Carm., li kienu jiffurmaw parti minn din il-komunita' bdew jiffurmaw parti mill-komunita' tal-Balluta u mill-komunita' tal-Fgura rispettivament.  Il-komunita' prezenti ta' Fleur-de-Lys hija din: 

  Fr. Joe Saliba O.Carm., Kappillan u Pirjol
 

Fr. Tumas Gatt O.Carm

Fr. Damian Cachia O.Carm.

Fr. Louis Bajada O.Carm

Fr. Joseph Vella O. Carm., Sotto-Pirjol

        
NOTICE BOARD

 


Il-Festa din is-sena ser tkun iċċelebrata
l-Ħadd 1 ta’ Lulju, 2012

 

    

 Ħareġ it-Tielet volum tas-serje, IL-VERITA TEĦLISKOM,
ta’ P. Damian Cachia, Karmelitan.
 Dan il-ktieb jiġbor fih spjegazzjoni ta’ fatti storiċi jew parabboli mit-Testment il-Qadim u riflessjonijiet fuq il-parabboli mit-Testment il-Ġdid.
 Min jixtieq kopja jista’ jistaqsi fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali. Prezz 5
 .Għal aktar informazzjoni tista’ tibgħat email fuq damiancachia@onvol.net
jew ċempel 21441769 

   Il-Parroċċa għandha bżonn ta’ ORGANISTA. Jekk inti stess taf iddoqq l-orgni jew taf lil xi ħadd li huwa mħajjar, jekk jogħġbok ikkunttatja lill-Kappillan.  

 

Kont taf li ........Kull nhar ta' Erbgħa fiċ-Ċentru wara l- quddiesa ta' filgħaxija, jkun hemm it-tħejjija tal-Vanġelu tal-Ħadd li ġej? Qatt tħajjart tattendi?

  
Ma tafx fejn poġġejt ir-rivista "Flimkien"?
TINKWETAX!! Għaliex fil-website tal-Parroċċa tista' ssib l-informazzjoni kollha li għandek bżonn
bħal " IL-KELMA TAL-KAPPILLAN" , "ID-DJARJU TAL-PARROĊĊA", "MILL-ĦAJJA TAL-PARROĊĊA"
u issa żdiedu dawn il-paġni ġodda: 

    

 Grupp 13 
  Kull nhar ta’ Ġimgħa tista’ tibda tiġi magħna fil-Grupp 13 .
Aħna niltaqgħu kull nhar ta’ Ġimgħa fis-7.00pm
Fiċ-Centru Familja Karmelitana (wara l-knisja ta’ Fleur-de-Lys) 
Ejjew u agħmlu ħbieb ġodda!!  

   

Ikklikkja fuq l-istampa biex tara r-ritratti tal-plays
li saru fiċ-Ċentru Familja Karmelitana  


        
Copyright 2007 fleurdelysparish.org