60 Sena Karmelitani
 

Kien fl-1 ta’ Jannar 1947 meta il-Knisja ta’ Fleur-de-Lys ġiet miftuħa uffiċjalment mill-Patrijiet Karmelitani. Il-Knisja kienet għada taħt il-parroċċa ta’ Santa Venera sa l-1975.
 
Sittin sena wara, eżattament nhar is-7 ta’ Jannar 2007, fis-6:30pm, fil-Knisja Parrokjali ta’ Fleur-de-Lys saret quddiesa solenni, ċelebrata mill-W.R. Provinċjal Sandro Vella O.Carm. Fiha attendew numru sabiħ ta’ Patrijiet li kienu ħadmu ġewwa Fleur-de-Lys.
 
Fil-ġenb nistgħu naraw il-poster li kien magħmul għal dik l-okkażjoni fejn ukoll intwera fuq dan is-sit. Hawn taħt wieħed jista’ jara diversi ritratti ta’ l-okkażjoni.
    
 

Iċ-Ċelebranti kollha madwar l-Artal 
    

Diversi Patrijiet madwar l-Artal
 

Patri Joe Saliba O.Carm - Pirjol u Kappillan

Il-Provincjal P. Sandro Vella O. Carm. waqt il-Priedka

        
NOTICE BOARD

 


   Il-Festa din is-sena ser tkun iċċelebrata
l-Ħadd 1 ta’ Lulju, 2012 

    
 Ħareġ it-Tielet volum tas-serje, IL-VERITA TEĦLISKOM,
ta’ P. Damian Cachia, Karmelitan.
 Dan il-ktieb jiġbor fih spjegazzjoni ta’ fatti storiċi jew parabboli mit-Testment il-Qadim u riflessjonijiet fuq il-parabboli mit-Testment il-Ġdid.
 Min jixtieq kopja jista’ jistaqsi fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali. Prezz 5
 .Għal aktar informazzjoni tista’ tibgħat email fuq damiancachia@onvol.net
jew ċempel 21441769 

   Il-Parroċċa għandha bżonn ta’ ORGANISTA. Jekk inti stess taf iddoqq l-orgni jew taf lil xi ħadd li huwa mħajjar, jekk jogħġbok ikkunttatja lill-Kappillan.  

 

Kont taf li ........Kull nhar ta' Erbgħa fiċ-Ċentru wara l- quddiesa ta' filgħaxija, jkun hemm it-tħejjija tal-Vanġelu tal-Ħadd li ġej? Qatt tħajjart tattendi?

  
Ma tafx fejn poġġejt ir-rivista "Flimkien"?
TINKWETAX!! Għaliex fil-website tal-Parroċċa tista' ssib l-informazzjoni kollha li għandek bżonn
bħal " IL-KELMA TAL-KAPPILLAN" , "ID-DJARJU TAL-PARROĊĊA", "MILL-ĦAJJA TAL-PARROĊĊA"
u issa żdiedu dawn il-paġni ġodda: 
 Grupp 12 +
Grupp 14 + 
 Kull nhar ta’ Ġimgħa tista’ tibda tiġi magħna fil-Grupp 12+ .
Aħna niltaqgħu kull nhar ta’ Tnejn fis-6.45pm
Fiċ-Centru Familja Karmelitana (wara l-knisja ta’ Fleur-de-Lys)
Ejjew u agħmlu ħbieb ġodda!!
  Kull nhar ta’ Ġimgħa tista’ tibda tiġi magħna fil-Grupp 14+ .
Aħna niltaqgħu kull nhar ta’ Ġimgħa fis-7.15pm
Fiċ-Centru Familja Karmelitana (wara l-knisja ta’ Fleur-de-Lys) 
Ejjew u agħmlu ħbieb ġodda!!  

   

Ikklikkja fuq l-istampa biex tara r-ritratti ta' l-attivitajiet
li saru fiċ-Ċentru Familja Karmelitana   

 

        
Copyright 2007 fleurdelysparish.org