Merħba lil Mons. Arċisqof

 


 

 

Nhar il-Ħamis 25 ta’ Jannar 2007, jum l-anniversarju tat-twaqqif tal-Parroċċa tagħna, iltqajna flimkien ħdejn ir-Roundabout ta’ Fleur-de-Lys biex fl-okkażjoni ta’ l-Ordinazzjoni Episkopali, kif ukoll f’għeluq sninu, tajna merħba lill-għażiż Arċisqof tagħna, Mons. Pawlu Cremona.
 
L-Arċisqof għadda minn Fleur-de-Lys waqt li kien fi triqtu lejn l-Imdina fejn kellha ssir Velja ta’ Talb lejlet l-Ordinazzjoni Episkopali tiegħu.
 
Fejn ir-roundabout ta’ Fleur-de-Lys, il-Kumitat Festi Esterni, armaw l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu li toħroġ mal-marċ il-Ħamis, fil-ġimgħa tal-festa. Armaw ukoll apparat tas-sound biex jakkumpanja l-ġemgħa fl-istennija ta’ l-Arċisqof.
 
Għall-istess okkażżjoni gew imħejjija mkatar ta’ diversi lwien biex ikomplu joħolqu atmosfera sabiħa. Grupp li kien qiegħed jgħin biex tinħoloq arja ta’ ferħ, mexxa l-kant kif ukoll kanta Happy Birthday mal-wasla tiegħu.
 
Hekk kif wasal l-Arċisqof, il-Kappillan ippreżentalu bukkett fjuri u nkwatru b’tifkira ta’ din il-ġrajja. Flimkien ma’ din it-tifkira, ġiet ippreżentata ukoll kartolina li kien fiha poeżija miktuba minn Charles Mifsud f’isem il-poplu ta’ Fleur-de-Lys.

 

   

 

        
NOTICE BOARD

 


   Il-Festa din is-sena ser tkun iċċelebrata
l-Ħadd 1 ta’ Lulju, 2012 

    
 Ħareġ it-Tielet volum tas-serje, IL-VERITA TEĦLISKOM,
ta’ P. Damian Cachia, Karmelitan.
 Dan il-ktieb jiġbor fih spjegazzjoni ta’ fatti storiċi jew parabboli mit-Testment il-Qadim u riflessjonijiet fuq il-parabboli mit-Testment il-Ġdid.
 Min jixtieq kopja jista’ jistaqsi fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali. Prezz 5
 .Għal aktar informazzjoni tista’ tibgħat email fuq damiancachia@onvol.net
jew ċempel 21441769 

   Il-Parroċċa għandha bżonn ta’ ORGANISTA. Jekk inti stess taf iddoqq l-orgni jew taf lil xi ħadd li huwa mħajjar, jekk jogħġbok ikkunttatja lill-Kappillan.  

 

Kont taf li ........Kull nhar ta' Erbgħa fiċ-Ċentru wara l- quddiesa ta' filgħaxija, jkun hemm it-tħejjija tal-Vanġelu tal-Ħadd li ġej? Qatt tħajjart tattendi?

  
Ma tafx fejn poġġejt ir-rivista "Flimkien"?
TINKWETAX!! Għaliex fil-website tal-Parroċċa tista' ssib l-informazzjoni kollha li għandek bżonn
bħal " IL-KELMA TAL-KAPPILLAN" , "ID-DJARJU TAL-PARROĊĊA", "MILL-ĦAJJA TAL-PARROĊĊA"
u issa żdiedu dawn il-paġni ġodda: 
 Grupp 12 +
Grupp 14 + 
 Kull nhar ta’ Ġimgħa tista’ tibda tiġi magħna fil-Grupp 12+ .
Aħna niltaqgħu kull nhar ta’ Tnejn fis-6.45pm
Fiċ-Centru Familja Karmelitana (wara l-knisja ta’ Fleur-de-Lys)
Ejjew u agħmlu ħbieb ġodda!!
  Kull nhar ta’ Ġimgħa tista’ tibda tiġi magħna fil-Grupp 14+ .
Aħna niltaqgħu kull nhar ta’ Ġimgħa fis-7.15pm
Fiċ-Centru Familja Karmelitana (wara l-knisja ta’ Fleur-de-Lys) 
Ejjew u agħmlu ħbieb ġodda!!  

   

Ikklikkja fuq l-istampa biex tara r-ritratti ta' l-attivitajiet
li saru fiċ-Ċentru Familja Karmelitana   

 

        
Copyright 2007 fleurdelysparish.org