Storja

 

 
Fleur-de-Lys huwa raħal żgħir bejn Birkirkara, Santa Venera u Ħal Qormi u bħala lokalita m’għandux Kunsill Lokali għalkemm għandu ‘l fuq minn 3,000 ruħ. Il-lokalita hi mibnija madwar triq Fleur-de-Lys fejn hemm ukoll il-Knisja parrokjali.
 
Dan ir-raħal ħa ismu mit-Tliet Arkati li kien hemm fl-inħawi fejn illum hemm ir-Roundabout. Dawn l-arkati kienu jgħaqqdu l-akwedott li Adrian de Wignacourt bena mill-1615.
 
Fleur-de-Lys beda jieħu forma lejn in-nofs tas-seklu għoxrin. Kien hekk li 1944 inxtrat l-art biex tinbena knisja ġdida. Din infetħet fl-1947 u fl-1949 inqgħatet għalija mill-komunita ta’ Santa Venera.
 
Fis-snin sebgħin Fleur-de-Lys beda jieħu forma ta’ raħal u nħass il-ħtieġa li Fleur-de-Lys jkollu parroċċa għalija. Fil-25 ta’ Jannar 1975 Fleur-de-Lys saret parroċċa fejn l-ewwel kappillan u pirjol kien Patri Amadeo Zammit O.Carm.
 
Barra l-knisja parrokjali, il-parroċċa għandha ukoll Ċentru parrokjali, iċ-Ċentru Familja Karmelitana. Dan inbena fil-bidu tas-snin disgħin u ġie kummissjonat minn Patri Tony Parnis O.Carm, li ħallina fl-2002.
 
Illum Fleur-de-Lys huwa raħal imdaqqas b’żewġ banek u ħwienet ta’ kull tip. Peress li Fleur-de-Lys żgħir m’hemmx ħafna bini prominenti ħlief l-akkwedott li ġie rrestawrat fis-sena 2005/6 u l-Head Office tal-Bank Of Valletta.

        
NOTICE BOARD

 


Il-Festa din is-sena ser tkun iċċelebrata
l-Ħadd 1 ta’ Lulju, 2012

 

    

 Ħareġ it-Tielet volum tas-serje, IL-VERITA TEĦLISKOM,
ta’ P. Damian Cachia, Karmelitan.
 Dan il-ktieb jiġbor fih spjegazzjoni ta’ fatti storiċi jew parabboli mit-Testment il-Qadim u riflessjonijiet fuq il-parabboli mit-Testment il-Ġdid.
 Min jixtieq kopja jista’ jistaqsi fis-sagristija jew fl-uffiċċju parrokkjali. Prezz 5
 .Għal aktar informazzjoni tista’ tibgħat email fuq damiancachia@onvol.net
jew ċempel 21441769 

   Il-Parroċċa għandha bżonn ta’ ORGANISTA. Jekk inti stess taf iddoqq l-orgni jew taf lil xi ħadd li huwa mħajjar, jekk jogħġbok ikkunttatja lill-Kappillan.  

 

Kont taf li ........Kull nhar ta' Erbgħa fiċ-Ċentru wara l- quddiesa ta' filgħaxija, jkun hemm it-tħejjija tal-Vanġelu tal-Ħadd li ġej? Qatt tħajjart tattendi?

  
Ma tafx fejn poġġejt ir-rivista "Flimkien"?
TINKWETAX!! Għaliex fil-website tal-Parroċċa tista' ssib l-informazzjoni kollha li għandek bżonn
bħal " IL-KELMA TAL-KAPPILLAN" , "ID-DJARJU TAL-PARROĊĊA", "MILL-ĦAJJA TAL-PARROĊĊA"
u issa żdiedu dawn il-paġni ġodda: 

    

 Grupp 13 
  Kull nhar ta’ Ġimgħa tista’ tibda tiġi magħna fil-Grupp 13 .
Aħna niltaqgħu kull nhar ta’ Ġimgħa fis-7.00pm
Fiċ-Centru Familja Karmelitana (wara l-knisja ta’ Fleur-de-Lys) 
Ejjew u agħmlu ħbieb ġodda!!  

   

Ikklikkja fuq l-istampa biex tara r-ritratti tal-plays
li saru fiċ-Ċentru Familja Karmelitana  


        
Copyright 2007 fleurdelysparish.org